Doris Vella Camilleri

Posted on: February 18, 2012

 

 

Niltaqgħu ma’ l-Awtur – Doris Vella Camilleri

nhar il-Gimgħa 17 ta’ Frar 2012


Is-serata kellha ntroduzzjoni mis-segretarju tal-Għaqda Talent Mosti, Louis Vassallo.

Il-Presentatriċi Mariella Pisani Bencini intervistat lil Doris Vella Camilleri, Awtriċi, għalliema u xandara edukattiva.

Doris Vella Camilleri tkellmet dwar il-ktieb “The one that stayed behind” – Verżjoni bil-Malti minn Alfred Palma bit-titolu “Sfajt Waħdi”.  Dan il-ktieb huwa awtobijografija ta’ l-Awtriċi li tilfet lil missierha u żewġ ħutha subien fl-1942. F’dan il-ktieb, l-Awtrici tirrakkonta t-tifkiriet tagħha tat-tieni Gwerra Dinija, minn għajnejn ta’ tifla ta’ għaxar snin.

Doris Vella Camilleri imbagħad tkellmet dwar il-Ktieb “Akkademiku” ta’ Ħrejjef bl-isem ta’ “It-Tajjeb, il-Ħażin, il-Mirakuluż”.  F’dawn il-Ħrejjef, johroġ l-element femminist u l-fatt li l-protagonisti jibqgħu jgħixu ħenjin, fatt li ħafna jsostnu li m’għadux jgħodd ghaż-zmien tal-llum.

Il-ktieb “The Bride of Mosta” jittratta żewġ stejjer paralleli, il-leġġenda u storja ta’ żmienna.

Minn dawn il-Kitbiet, naraw in-namra ta’ Doris Vella Camilleri mal-Folklor u l-Leggendi.

Mariella Pisani Bencini għalqet il-serata billi qalet li l-Artist ma jmut qatt, għax jibqa’ jgħix fil-mużika, pittura u kitba tiegħu jew tagħha.

Il-President ta’ l-Ghaqda Talent Mosti, Joe Bartolo, stieden lil kulħadd biex jagħti titwila lejn x-xogħol li qed isir fl-“Open Theatre”.

Muntaġġ u Fotografija: Rita Demicoli