Posts Tagged ‘wirja artistika ta’ Margaret Farrugia’

Attivitajiet ta’ Talent Mosti matul ix-xahar ta’ Ġunju (‘Talent Mosti’ Activities in June)

Monday, June 7th, 2010

02 Margaret Farrugia

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti organizzat serata nteressati, kulturali u edukattiva fejn Mario Vassallo ntervista lill-Kavallier Stanley Mangion. Fost l-oħrajn ingħata tagħrif dwar l-aħħar publikazzjoni li taħbat il-ħames waħda tiegħu u li hi traduzzjoni mil-Latin tal-erba’ żjajjar pastorali tal-Isqof ta’ Malta Fra Davide Cocco Palmieri fil-Mosta.

L-għada ta’ din l-attivita, infetħet uffiċċjalment wirja artistika ta’ Margaret Farrugia u ser tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar is-Sibt 19 ta’ Ġunju.  Din il-wirja, li hija il-122 waħda li qed tippreżenta l-għaqda tinsab ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, ir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-mistieden speċjali għal din l-okkażjoni kien l-Imħallef Joseph Filletti li nawgura uffiċjalment il-ftuħ ta’ din il-wirja.

Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. sad- 9.00 p.m. Din l-inizjattiva kulturali hi miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa bla ħlas u l-‘parking’ mhux problema.

L-aħħar attivita’ li ser torganizza l-għaqda qabel il-pawża tas-sajf hija quddiesa li se tfakkar ir-raba’ anniversarju mill-mewt ta’ Frans Baldacchino magħruf bħala l-‘Budaj’. Din il-quddiesa li ser tkun ċċelebrata mill-Arċipriet Dun Mario Tong, id-direttur spiritwali tal-Għaqda, ser issir fir-Rotunda tal-Mosta nhar it-Tnejn, 21 ta’ Ġunju, 2010 fis-6.30 p.m. Il-qraba , għannejja u ammiraturi tal-Budaj flimkien mal-membri u l-ħbieb ta’ Talent Mosti huma mħeġġa li jattendu u jiftakru fih fit-talb tagħħom.

L-ewwel attivita’ tal-Għaqda Filantroplika Talent Mosti wara l-pawża tas-sajf ser tkun fil-bidu ta’ Settembru, meta ser jiġi nawgurat uffiċjalment il-bust ta’ Dr Ġorġ Mifsud Chircop kif ukoll serata letterarja bħala omaġġ kumplimentari.

04 Margaret Farrugia

On Friday 4th June, the Philanthropic Society ‘Talent Mosti’ organised an interesting cultural and educational evening where Mario Vassallo interviewed the author Chev. Stanley Mangion. During this activity information was given about the author’s fifth book which has very recently been published. It is a translation from Latin and deals with the four pastoral visits made by the Bishop of Malta Fra Davide Cocco Palmieri to the parish of Mosta.

The following day there was the official opening of the artistic exhibition by Margaret Farrugia. The special guest for this occasion was the Hon. Mr. Justice Joseph Filletti who officially inaugurated the exhibition which is the 122th one organised by ‘Talent Mosti’.

The exhibition is held at the society’s own premises, Centre of National Culture, ir-‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta. It will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m. till Saturday 19th June, 2010. This exhibition is open to the general public. Entrance is free and parking is not a problem.

Before breaking up for the summer, ‘Talent Mosti’ will be organising its last activity which is a Mass to commemorate the 4th anniversary of the death of the folk singer Frans Baldacchino popularly known as ‘Il-Budaj’. This will be celebrated by the Arcpriest Rev. Fr Mario Tong, spiritual director of this society and is being held on Monday 21st June, 2010 at 6.30 p.m. at Mosta Parish Church. Relatives, folk singers and fans are invited to join the members and friends of ‘Talent Mosti’ to attend this Mass and offer their prayers for the repose of his soul.

After the summer break ‘Talent Mosti’ will be organising its first activity at the beginning of September when there will be the official inauguration of the bust of Dr Ġorġ Mifsud Chircop followed by a literary evening in his honour.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of  National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2143

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net