Posts Tagged ‘Niltaqgħu mal-Awtur’

Wirja ta’ Arti u Armi tal-Kunjomijiet (An Exhibition of Art and Family Coat of Arms)

Sunday, January 31st, 2010

 

bartolo_new[1]bugeja_new[1]

vassallo_new2[1]

frendo_new[1]

 

Bil-għan li tkompli tinkoraġġixxi t-talent Malti, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed tippreżenta wirja ta’ arti u armi tal-kunjomijiet minn Preca u Grixti.

Din il-wirja ser tittella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn is-6 u l-14 ta’ Frar, 2010. Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ser tkun miftuħa wkoll mill-5.30p.m sat-8.30p.m fil-waqt li s-Sibtijiet u l-Ħdud tkun miftħa wkoll mis-6.00p.m sat-8.00p.m.

Fl-isfond tal-wirja, Dr Joe Mifsud, awtur tal-ktieb ‘Betlehem fil-qtiegħ il-qalb it-tama’, ser ikun il-mistieden għal taħdita fis-sensiela “Niltaqgħu mal-Awtur” li ser issir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010 fis-7.00 p.m.

Dr. Joe Mifsud ser ikun intervistat minn Mario Vassallo. L-għan ta’ din l-attivita’ hu li aktar persuni jsiru jafu dwar din il-Belt Qaddisa fi vjaġġ reliġjuż, politiku u soċjali li l-awtur jeħodna fih. L-awtur, li hu konvint minn ħażna ta’ valuri umani u Kristjani, ma jistax ma jkollux għal qalbu l-futur tal-Lhud u l-Palestinjani.

Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal dawn l-attivitajiet. Id-dħul huwa bla ħlas.

The ‘Talent Mosti’ Philantropic Society is organising an exhibition of art and family coat of arms at its premises in the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta.

This interesting exhibition by Preca and Grixti is being held between the 6th and the 14th of February, 2010. This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30 p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays.  

On Friday, 12th February, 2010 the Society will be holding an evening whereby Mr. Mario Vassallo will be interviewing Dr. Joe Mifsud, author of the book ‘Betlehem, fil-qtiegħ il-qalb it-Tama’ (Betlehem, a ray of hope in times of despair). This interview, which will start at 7.00 p.m., is one in the series ‘Niltaqgħu mal-Awtur’ (Meeting the Author) which the society organises from time to time. It is hoped that through this interview one can get an insight into the Holy Land’s religious, political and social status and appreciate the author’s genuine concern for the future of Israel and Palestine.

‘Talent Mosti’ encourages everyone to attend these activities. Entrance is free.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net