Fuq inizjattiva tas-Sur David Zammit u tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti ser tiġi organizzata attivita ta’ għoti ta’ demm fiċ-ċentru ta’ kultura nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.
Din hija it-tielet sena konsekuttiva li qed issir din l-attivita li ser tkun mifruxa fuq jumejn. L-għoti ta’ demm ser isir bejn il-Ħamis it-3 ta’ Diċembru u l-Ġimgħa l-4 ta’ Diċembru, 2009 mit-8.30 a.m. sas- 1.30 p.m.
L-Għaqda Talent Mosti u s-Sur Zammit qegħdin jitolbu l-appoġġ tal-pubbliku nġenerali sabiex jiġu salvati il-ħajjiet tal-pazjenti fl-isptarijiet ta’ pajjizna. Kull min ser ikun ġeneruż u jagħmel parti minn dan l-att ta’ filantropija għandu jieħu miegħu l-karta tal-identita’. Is-slogan ta’ din l-attivita’ hija ‘Agħti d-demm, Agħti l-ħajja’.
Tassew li dan il-kontribut ikun l-aqwa rigal li wieħed jista’ jagħti lill-proxxmu tiegħu speċjalment fiż-żmien għażiż tal-Milied.
Mr. David Zammit together with the philantropic society ‘Talent Mosti’ are organising an activity whereby the general public is invited to donate blood which is so badly needed in order to save the life of so many patients in our hospitals.
The two-day activity is being held at the society’s own premises, The Centre for National Culture, ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Wied il-Għasel Street, Mosta, between Thursday 3rd December and Friday 4th December, 2009 between 8.30 a.m. and 1.30 p.m.
Under the slogan ‘Give Blood. Give Life’, the Talent Mosti Society as well as Mr. Zammit appeal to the people to be generous especially at this time of year. All those who will be donating their blood are requested to take their Identity Card with them. May God bless these generous souls.
What better gift to give this Christmas than to give your own blood to save another person?
Maria Lewis
PRO
Għaqda Filantropika Talent Mosti
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali
Triq Wied il-Għasel,
Mosta MST 2142
Tel: 21 420632
