Posts Tagged ‘2011’

Esibizzjoni ta’ Fotografija minn Reuben Chircop

Posted on: June 27th, 2011 by admin No Comments

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tistieden lill-pubbliku ghall-wirja ta’ fotografija bl-isem ta’ My World, mill-fotografu żagħżugħ Reuben Chircop li ser tittella’ ġewwa ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone. My World hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet li jirrakuntaw lil Chircop fid-diversi żminijiet tal-ħajja, sewwa dawk tajbin kif ukoll dawk ħżiena u mumenti oħra ta’ tensjoni jew ta’ rilassament. L-iskop ewlieni ta’ din il-wirja tnissel minn mistoqsija li saret lill-fotografu xi żmien ilu, “Għalfejn thobb tieħu ir-ritratti?”. Il-ġibda u l-passjoni ta’ Reuben Chircop għall-arti fotografika hija riflessa f’din il-wirja.

My World ser tkun miftuħa mill-Ħadd 3 ta’ Lulju sas-Sibt 16 ta’ Lulju ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Ħinijiet tal-wiri huma Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad 9.00pm u l-Ħdud: mill-10.00am sa nofinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm. Dħul bla ħlas u parking mhux problema.

www.rchircop.com

(more…)