
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti u l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex flimkien mas-Sur Lorry Gatt ser jippreżentaw wirja ta’ presepji artistiċi. Din l-inizjattiva oriġinali li tittella’ wirja bħal din fil-qofol tar-rebbiegħa żgur li tinżel għasel kemm mad-dilettanti tal-presepji kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali li japprezza dawn ix-xogħlijiet artistiċi u li s-soltu mdorri jgawdihom fl-istaġun tal-Milied.
Inizjattiva oħra ser tkun iż-żjara ta’ grupp ta’ nies Taljani li għandhom għal qalbhom dan id-delizzju u li huma wkoll jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fl-Italja. Dawn ser ikollhom l-opportunita’ li jammiraw mill-qrib l-arti tal-presepju Malti u Għawdxi.
Din il-wirja ser tittella’ ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, ir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, Triq Wied il-Ghasel, il-Mosta. Il-wirja hija miftuħa għall- pubbliku bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 23 ta’ Mejju, 2010 u se tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt 22 ta’ Mejju, 2010 meta jiġu jżuruha l-mistiedna barranin.
Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. sad- 9.00 p.m. Din l-inizjattiva kulturali hi miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa bla hlas u l-‘parking’ m’għandux ikun problema.
The Philantropic Society ‘Talent Mosti’ together with the ‘Għaqda Ħbieb tal-Presepju Ghawdex’ and Mr Lorry Gatt have the pleasure to present an exhibition of artistic cribs. This original initiative to exhibit cribs during the spring season will undoubtedly be well received by enthusiasts of such works as well as by the general public who are used to enjoy and appreciate such works of art during the Christmas festive season.
Another initiative will be the visit of a group of Italians who have this pastime at heart and who regularly exhibit their works in their own country. These guests will have the opportunity to admire closely the beautiful works of Maltese and Gozitan artists.
This exhibition is going to be held at the Centre of National Culture, the Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Wied il-Għasel Street, Mosta. The exhibition will be open to the public between Friday 14th and Sunday 23rd May, 2020. The Italian delegation will be visiting the exhibition on Saturday 22nd May, 2010.
The exhibition will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m. This cultural initiative is open to all. Entrance to the exhibition is free and parking should not be a problem.
Maria Lewis
PRO
Philantropic Society ‘Talent Mosti’
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Centre of National Culture
Wied il-Għasel Street,
Mosta MST 2143
Tel: 21 420632