M’hemmx dubju li l-għan tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti li tinkoraġġixxi u tagħti spazju għat-talent lokali u barrani, talent minn professjonisti kif ukoll dawk li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom, qed jintlaħaq tajjeb tant li d-domanda minn min jixtieq jagħmel xi wirja jew jorganizza xi attivita fir-Razzett tal-Markiż qed tkun tassew kbira. Bla dubju, dan hu ta’ sudisfazzjon kbir għall-kumitat u l-membri ta’ Talent Mosti.
Din id-darba l-Għaqda Talent Mosti ser tippreżenta wirja ta’ pittura u skultura mill-artist kontemporanju, Frans Muscat.
Frans Muscat twieled il-Mosta u sa minn ċkunitu huwa beda jpinġi dak li kien jara fil-kampanja sabiħa li fiha twieled u għex. Meta huwa skopra t-tafal bħala mezz artistiku huwa beda jesperimenta f’dan il-qasam u beda jaħdem fl-iskultura b’imħabba kbira.
Din il-wirja ser tittella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-1 u t-13 ta’ Marzu, 2010. Il-ftuħ uffiċjali ta’ din l-esebizzjoni ser isir mill-Eċċ. Tiegħu Dr Edward Fenech Adami, President Emeritus. Il-wirja ser titbierek mid-direttur spiritwali tal-għaqda, l-Arċipriet tal-Mosta Dun Mario Tong.
Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ser tkun miftuħa wkoll mill-5.30p.m sat-8.30p.m fil-waqt li s-Sibtijiet u l-Ħdud ser tkun miftuħa wkoll mis-6.00p.m sat-8.00p.m.
Il-pubbliku in generali huwa mistieden u mħeġġeġ biex jattendi għal din il-wirja ferm interessanti. Id-dħul huwa bla ħlas.
There is no doubt that the philanthropic society ‘Talent Mosti’ is achieving its aim in encouraging local and foreign talent and in giving a chance to both amateur and professional artists to exhibit their works and to organise activities at its premises. Many artists are sending in their applications and this is indeed very encouraging to the members of the committee who work so hard to promote as well as to organise artistic, religious and social activities.
This time ‘Talent Mosti’ is organising an exhibition of painting and sculpture by the contemporary artist Frans Muscat.
Frans Muscat was born in Mosta and since early childhood he was inspired by the beautiful open countryside where he grew up, painting what he enjoyed seeing. Once he discovered Maltese clay he was fascinated by this medium and started developing the art of sculpture.
The exhibition by Frans Muscat is being held at the society’s own premises, the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta between the 1st and the 13th of March, 2010. This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30 p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays.
The opening ceremony will be hosted by Dr. Edward Fenech Adami, President Emeritus whilst the exhibition will be blessed by the society’s spiritual director, Fr Mario Tong, Archpriest of Mosta.
‘Talent Mosti’ encourages everyone to come and view this interesting exhibition. Entrance is free and parking space should not be a problem.
Maria Lewis
PRO
Philantropic Society ‘Talent Mosti’
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Centre of National Culture
Wied il-Għasel Street,
Mosta MST 2142
Tel: 21 420632
