
L-Għaqda Filantropika Talent Mosti għandha l- pjaċir tistieden lill-pubbliku għal serata Mużiko-Letterarja Sagra marbuta mal-kult tal-Ġimgħa Mqaddsa li ser tkun preżentata bl-isem ‘Wiċċ Imb’wiċċ mal-Mulej’ nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu, 2010 fis-7.00 p.m.
Din is-serata ser tiġi mtella’ fl-Iskola Sekondarja Bniet – Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta (biswit ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta). Waqt din is-serata li ser tiġi ppreżentata minn Alexandra Camilleri u Joe Vella ser jieħdu sehem il-qarrejja magħrufa Ġorġ Peresso, Theresa Gauci, Charles Abela Mizzi u Charles Coleiro, filwaqt li t-talent mużikali se jkun f’idejn il-kantanta żagħżugħa Mostija Maria Lewis li ser tkun akkumpanjata fuq l-ogni mill-Mro. Edwin Zammit u mill-vjolinista Jean-Carl Chircop. Maria Lewis ser tkanta kant klassiku u pop fuq tema sagra.
Din l-attivita ser tkun iddedikata f’gieħ il-memorja għażiża tal-mibkijin iżda żgur qatt minsijin Mons. Angelo Camilleri li kien Direttur Spiritwali Emeritus tal-Għaqda, is-Sur Charles Vassallo li kien Konslu Onorarju f’San Francisco fl-Istati Uniti tal-Amerika u li kien ukoll President Onorarju ta’ Talent Mosti, u s-Sur Victor Agius, ħabib u benfattur ta’ din l-għaqda li bil-ħeġġa u d-determinazzjoni tiegħu, wasslu biex fl-1998 l-Għaqda finalment ikollha l-kwartieri uffiċjali tagħha.
Wara din l-attivita’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone li hu Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali se tiġi mnedija uffiċjalment it-12–il edizzjoni tal-‘Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa’ bis-sehem ta’ diversi artisti magħrufa u oħrajn ġodda. Il-mistieden speċjali ser ikun l-E.T. Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP. Il-wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku nġenerali bejn it-22 ta’ Marzu u l-4 ta’ April, 2010. L-Għaqda tħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu l-arti sabiex jiġi u japprezza din l-esebizzjoni kollettiva ta’ arti sagra ambjentata f’dan il-post qadim li jmur lura sas-seklu 17. Fl-għorfa ta’ fuq wieħed ikun jista’ japprezza, fost ħwejjeġ oħra ta’ nteress, mudell tas-Sepulkru maħdum fuq dak li nsibu fir-Rotunda tal-Mosta.
Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mill-5.30 p.m. sad- 9.00 p.m., Ħamis ix-Xirka mill- 5.30 p.m. sal-11.00 p.m, Ġimgħa l-Kbira u l-Ħdud mill-10.00 a.m. sa nofsinhar. Id-dħul huwa bla ħlas u l-parking m’għandux ikun problema.
The Philantropic Society ‘Talent Mosti’ has the pleasure to invite the general public to a sacred literary-musical evening entitled ‘Niltaqgħu wiċċ imb’wiċċ mal-Mulej’ (An Encounter with the Lord) which is being held on Sunday, 21st March, 2010 at 7.00 p.m.
This activity is going to be held at the Girls’ Secondary School, Maria Regina College, Mosta, next door to the Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Centre of National Culture, Wied il-Għasel Street, Mosta. The evening is being presented by Alexandra Camilleri and Joe Vella with the participation of the well-known readers Ġorġ Peresso, Theresa Gauci, Charles Abela Mizzi and Charles Coleiro. The musical side will be in the hands of the talented young Mosta singer Maria Lewis who will be accompanied on the piano by Mro. Edwin Vassallo and by the violinist Jean-Carl Chircop. Maria Lewis will be singing classical as well pop songs with a religious theme.
This activity is being dedicated to the sadly missed but never forgotten Mons Angelo Camilleri, Spiritual Director Emeritus of the society for many years, Mr Charles Vassallo, Honorary Consul of San Francisco, United States of America and Honorary President of ‘Talent Mosti’ as well as Mr Victor Agius, a friend and benefactor of this society who worked very hard so that in 1998 ‘Talent Mosti’ finally acquired its official premises.
Following this literary evening ‘Talent Mosti’ will be presenting the 12th edition of the ‘Holy Week Exhibition’ by various well-known as well as new artists. This exhibition is going to be held at the society’s premises ‘Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’ and will be inaugurated by His Excellency The Archbishop Mons. Paul Cremona O.P.
The exhibition will be open to the public between the 22nd March and the 4th of April, 2010. The Razzett which dates back to the 17th century offers an excellent setting for this exhibition of sacred art. Whilst there, one can avail himself of the opportunity to visit the upstairs room where one can admire, amongst other exhibits, a model of the Holy Sepulchre which is a replica of the beautiful one which is taken out during the Good Friday procession in Mosta.
The exhibition will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 5.30 p.m. to 9.00 p.m. but it will also be open on Maundy Thursday from 5.30 p.m. to 11.00 p.m. and on Good Friday from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. Entrance to the exhibition is free and parking should not be a problem.
Maria Lewis
PRO
Philantropic Society ‘Talent Mosti’
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Centre of National Culture
Wied il-Għasel Street,
Mosta MST 2142
Tel: 21 420632
Tags: Charles Abela Mizzi, Charles Coleiro, Ġorġ Peresso, Jean-Carl Chircop, Maria Lewis, Mro. Edwin Zammit, Serata Mużiko-Letterarja Sagra, Theresa Gauci, Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa