Wirja: Gjan-Arti – Induratura u Arkett.

Posted on: September 28, 2011

L-Ghaqda Filantropika Talent Mosti bi pjacir qeghda tipprezenta “Gjan-Arti – Induratura u Arkett”, wirja ta’ Martin Spiteri u Patrick Muscat, fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Ghasel, il-Mosta.

F’ din il-wirja ser jintwera kif l-arti, id-disinn u s-sengha jithalltu flimkien sabiex joffru esebiti fuq stil tradizzjonali, modern u originali. Dawn l-esebiti, barra ipaxxu ghajnejn mill-lat ta’ arti, huma oggetti maghmula bl-idejn, minghajr l-uzu t’ghoda moderna, fejn ftit  mill-materja prima huma t-talent u l-pacenzja.

Martin Spiteri, Induratur u ghalliem ta’ l-induratura, qed ittela’ xoghol ta’ diversi forom, fejn is-snajja’ ta’ mastrudaxxa u skultura jigu arrikkiti bl-induratura. L-esebiti huma indurati b’ diversi stili u teknika t’ induratura. Fl-okkazzjonijiet ohra, l-induratura tikkomplimenta  u televa xoghol iehor ta’ l-arti u artigjanat iehor, bhal pittura u ganutell.

Patrick Muscat,’ Accountant’ bhala professjoni, li rnexxielu jisraq ftit mill-hiliet ta’ missieru, qed jipprezenta xoghol ta’ l-arkett kollu fuq disinnoriginali u mahdum bl-idejn. B’ dan ix-xoghol,  l-uzu ta’ l-arkett jinghata dimensjoni ohra b’ disinn, kuluri, forom, injam u metal. Hu jesprora stili u teknika differenti,  fejn barra l-arkett tradizjoni, juza l-arkett ghall-interzjar u xoghol fil-metal.

Din il-wirja ser tkun miftuha bejn l-25 ta’ Settembru u s-7 t’ Ottubru 2011.

Ghal izjed informazzjoni, zur il-pagna tal-Facebook, Gjan-Arti – Induratura u Arkett

Ħinijiet tal-wiri:

  • · mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm
  • · Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm

Dħul bla ħlas.

 

Tags: , , , , ,