Tagħrif dwar l-Għaqda Filantropika Talent Mosti

Posted on: March 24, 2012

 

Is-Sibt 24 ta’ Marzu 2012


Nintroduċu il-Kumitat il-Ġdid ghall-2012-2014:

President : Sur Joe Bartolo
Vici-President: Sur Louis Vassallo
Segretarju: Sur Mario Bugeja
Assistent Segretarju: Sur Eric Frendo
Kaxxier: Sur Carmelo Fenech
Assistenta Kaxxiera: Sinjura Marthese Cassia
PRO: Sinjura Rita Demicoli
Assistent PRO: Sur Felix Demicoli
Direttur: Sur David Zammit
Assistent Direttur: Sur Nathaniel Zammit
Attivitajiet Soċjali: Sur Alfred Farrugia
Assistent Attivitajiet Soċjali: Sur Alfred Cassia
Assistenta Attivitajiet Soċjali: Sinjura Helen Sammut

PRESIDENTI ONORARJI EMERITUS 2012-2014

Eċċ Tiegħu Dr. Ugo Mifsud Bonnici

Eċċ Tiegħu Dr. Daniel Micallef

Onor. Dr Louis |Galea

Onor. Evarist Bartolo

Ms. Doris Aquilina

 

MEMBRI ONORARJI 2012-2014
Onor. Edwin Vassallo
Sur Reuben Caruana
Dr Alfred Sant
Perit Lawrence Gatt
Dr George Cassar
Sur Ray Agius
Sinjura Margaret Agius
Sur Charles Abela Mizzi
Sur Gorg Peresso
Sur Charles Coleiro
Sinjura Theresa Gauċi
Sur Ray Żammit
Sur Joe Camilleri
Sur Nażżareno Vassallo
Perit Chris Grech

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti titmexxa minn kumitat bi proċeduri ta’ tmexxija li jipprovdu wkoll għal sħubija ta’ kull min irid jingħaqad bħala membru għal ħlas ta’ €5 fi s-sena. Din l-Għaqda hi determinata li tkompli titgħallem kif tista’ sservi aħjar bħala nixxiegħa kulturali għal kull min jixtieq appoġġ u kuraġġ fil-ħajja ta’ kuljum.


DAWRA MAX-XOGĦLIJIET REĊENTI FIR-RAZZETT TAL-MARKIŻ:


IT-TEATRU MIFTUĦ:

Qabel

Wara

Nhar l-14 ta’ Frar 2012, il-ġardina ta’ dan iċ-ċentru ingħatat dehra u kunċett ġdid. Dan l-ispazju ġie mibdul f’teatru miftuh u b’hekk, l-aktar maltul is-sajf, jistgħu jittellgħu attivitajiet ta’ drama jew kunċerti.  Se jkun jista’ jintuża wkoll ghar-ricevimenti wara xi okkazjoni ta’ ftuh ta’ wirja.

 

Issa

Bix-xieraq li nesprimu l-gratitudni tagħna lill-Kap ta’ l-iskola Sekondarja Bniet fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, Ms Lina Deguara, il-Kunsill Skolastiku u kif ukoll lill-Perit Noel Gauci ta’ l-appoġġ li sibna minn għandhom.  Niżżu hajr ukoll lil dawk il-voluntieri, membri u ħbieb ta’ l-Għaqda Talent Mosti, li ħadmu f’kundizzjonijiet ta’ temp mill-aktar xitwi, biex finalment jitwettaq dan il-proġett utli.  Nirreferu ghal Joe Bartolo, David u Nataniel Zammit, Karmnu Saliba, Karmnu Muscat, Ganni Mamo, Carmelo Fenech u Frans Muscat.  Ringrazzjament speċjali lill-isponsors. Prosit u grazzi lil kulħadd.

Aħna konvinti li dan il-proġett se jagħti l-frott tiegħu fil-futur qarib. Fil-fatt it-Teatru Miftuħ intuża ghall-ewwel darba għall-ftuħ tal-Wirja Artistika ta’ Darren Spiteri, nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2012. Ġiet imżanżna wkoll s-sistema l-ġdida ta’ l-elettriku li, kif jidher hawn taħt, veru ħolqot ambjent mill-isbaħ.

 

IL-MUŻEW TAL-FOLKLOR U GHODOD

Sabiex ikompli jagħti karattru Malti lir-Razzett tal-Markiz, mill-1998 sal-llum, Talent Mosti rnexxielu jiġbor kollezzjoni vasta ta’ għodod u snajja ta’ l-imgħoddi.  Il-bicca l-kbira minnhom kienu komuni fis-seklu 19, filwaqt li oħrajn baqgħu jintużaw sa żmien it-Tieni Gwerra Dinija li warajha tista’ tgħid li nbidlet għal kollox il-ħajja Maltija għal waħda ta’ progress u informatika bla limiti.  Għaldaqstant, din il-kollezzjoni tgħinna biex napprezzaw aktar il-ħiliet ta’ l-antenati tagħna, li fuqhom hu mibni l-preżent.

Wara s-sajf tal-2011, sar xoghol ta’ kultivazzjoni ta’ dawn l-għodod u oġġetti antiki li bihom issa hu msebbaħ dan iċ-ċentru ta’ Kultura Nazzjonali.  B’imħabba u b’dedikazzjoni kbira, dawn it-tifkiriet ta’ dari, inġabru f’kamra għalihom li nbidlet f’mużew tal-forlklor Malti.

WIRJA PERMANENTI TA’ L-ARTI

Saret ħidma sfiqa ta’ tisbiħ biex il-kmamar ta’ fuq, jingħataw dehra u kunċett ġdid.  Għalhekk ġiet imnedija wirja permanenti ta’ kwadri u skulturi li ġew ippreżentati lill-Għaqda minn bosta artisti magħrufin u oħrajn ġodda.


Ritratti meħuda minn Denise Demicoli

 

TAGHRIF DWAR L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI

L-egħruq ta’ l-Għaqda Filantropika Talent Mosti jmorru lura għall-1983 meta grupp ta’ żgħażagħ Mostin iffurmaw l-Grupp Talent Mosti fi ħdan l-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Mosta. L-iskop ewlieni kien dak li jittellgħu attivitajiet teatrali b’messaġġ nisrani. Sa mill-bidu nett, din l-għaqda ħadet inkarigu li torganiżża inizjattivi kulturali fl-ambjent lokali Mosti u li minnhom tgħin u tferraħ lill-proxxmu li jkun jeħtieġ appoġġ mill-komunità.

Matul is-snin disgħin, l-Għaqda rnexxielha taħdem b’suċċess xejn inqas minn tmien vidjows bil-karattri tradizzjonali ta’ Wenzu u Rożi, il-praspar ta’ Ġaħan, kif ukoll oħrajn dwar il-Ġimgħa Mqaddsa u l-festa ta’ Santa Marija tal-Mosta. Inħadmu wkoll żewġ dokumentarji li kellhom ukoll il-verżjoni bl-Ingliż. Il-qliegħ kollu ta’ dawn il-produzzjonijiet, mar għal skopijiet ta’ karità u għar-restawr tar-Rotunda tal-Mosta.

F’Awissu ta’ l-1998, l-Għaqda ngħatat bħala sede r-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fuq ir-riħ ta’ Wied il-Għasel fil-Mosta biex tużah għal għanijiet kulturali bi skop filantropiku, u dan bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Iskola Sekondarja Bniet Mosta, fi Hdan il-Kullegg Maria Regina, li tinsab biswit l-istess Razzett. Dan ir-razzett sar ġenna żgħira għal kull min iħobb l-arti u d-drawwiet ta’ l-imgħoddi.

L-attivitajiet ivarjaw minn uħud purament artistiċi għal oħrajn b’xejra letterarja jew b’aspetti reliġjużi u folkloristiċi. Fir-razzett isiru wirjiet ta’ pittura, skultura, u artiġjanat. Isiru wkoll esebizzjonijiet marbuta ma’ festi partikulari bhall-Milied, il-Ġimgħa l-Kbira u l-festa ta’ Santa Marija. Ikunu mtellgħin ukoll lejliet letterarji u intervisti ma’ bosta kittieba, poeti u novellisti li ghamlu isem fuq skala nazzjonali. Isiru wkoll serati ta’ tifkira f’ġieħ persuni distinti, flimkien ma’ kunċerti, diskussjonijiet u serati ta’ għanjiet folkloristiċi.

F’Novembru ta’ l-1999, Talent Mosti fetaħ paġna ġdida ta’ koperazzjoni ma’ l-International Charity Society. Din il-fondazzjoni taħdem biex il-membri u l-ħbieb ta’ Talent Mosti jsibu l iżvog tagħhom fi r-Razzett tal-Markiż matul ix-xhur kollha tas-sena. Kemm għaż-żiffa ħelwa li toffri xi ftit arja friska mis-sħana tas-sajf u kif ukoll jekk mistkenna ta˙t l-umbrelel mit-traxxix taxxita f’xi lejla Diċembrina!  Fost il-ħidma li twettqet, kien hemm il-ġbir ta’ kwantità kbira ta’ ħwejjeġ u ġugarelli mingħand familji Maltin,li wara li tqiegħdu fi l-kontejners, twasslu lejn bliet Russi u oħrajn fi r-Repubblika Ċeka.

L-attivitajiet huma dejjem miftuħin għal kulħadd bla ebda ħlas tad-dħul. L-Għaqda Filantropika Talent Mosti laqgħet l-oghla esponenti fl-oqsma tal-kultura, il-politika, il-filantropija u x-xandir f’pajjiżna, apparti artisti f’kull livell, kemm Maltin kif ukoll mill-Italja, ir-Russja, l-Ingilterra u n-Norveġja. Fost il-wirjiet li spikkaw kien hemm dawk minn persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-wirjiet tradizzjonali tal-Milied rebhu ghal bosta drabi unuri f’konkorsi nazzjonali. L-Għaqda tħossha kburija għal espressjonijiet artistiċi fuq livell nazzjonali u internazzjonali. L-għan oriġinali filantropiku janima lill-Għaqda taħdem biex tilqa’ kull aspett ta’ kultura minn kull qasam tal-ħajja. Fis-sena 2001 ġiet mogħtija l-Onorifiċenza ‘Ġieħ il-Mosta’ mill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Fis-sena 2000, l-Għaqda kisbet ċertifikat ta’ ħajr mill-Gvern tar-Russja bħala rikonixximent uffiċjali li kien jinkludi wkoll midalja speċjali “Għall-Ħniena u l-Karità”.

DAWRA MAR-RAZZETT


 

 

Inħallu f’idejkom biex tiskopru aktar dawn l-imkejjen ta’ interess kulturali u edukattiv fir-Razzett tal-Markiż, fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Għal aktar informazzjoni żuru s-sit TalentMosti.org

Muntaġġ: Rita Demicoli

Fotografija: Denise Demicoli