Archive for the ‘Uncategorized’ Category

Wirja Artistika minn Darren Spiteri

Posted on: February 21st, 2012 by admin No Comments

Wirja Artistika Inspirations minn Darren Spiteri

 

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI

bi pjaċir tippreżenta

INSPIRATIONS

Wirja Artistika

minn

Darren Spiteri

Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone

Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

 

Bejn is-26 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2012

 

Ħinijiet tal-wiri

Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm

Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar

u bejn is-6.00pm u d-9.00pm

 

Dħul bla ħlas

Għal aktar tagħrif sibuna fuq

www.talentmosti.org

 

Flimkien inkomplu naħdmu b’risq

il-ġid u l-ferħ tal-proxxmu


Din l-attivita’ qed tittella’ bil-kolloberazzjoni

Tal-Kap u l-Kunsill Skolastiku,

Sekondarja Bniet Mosta,

Fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.

 

 

 

“Niltaqghu ma l-Awtur” – Doris Camilleri

Posted on: February 9th, 2012 by admin No Comments

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI

tistiednek għal edizzjoni oħra

tas-sensiela popolari

“Niltaqgħu mal-Awtur”

 

fejn l-awtriċi

DORIS CAMILLERI

mart il-kompożitur

Charles Camilleri (1931 – 2009)

 

se tkun intervistata minn

Mariella Pisani Bencini

preżentatriċi, xandara u kittieba

 

nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2012 fis-7.00pm

 

fir-Razzet tal-Markiż Mallia Tabone

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

 

Kulħadd mistieden jattendi

Dħul bla ħlas

 

Għal aktar informazzjoni sibuna fuq

www.talentmosti.org

 

Minn ħaġa għall-oħra b’risq il-ġid

u l-ferħ tal-proxxmu.


Din l-attivita’ għandha l-koperazzjoni sħiħa

tal-Kap u l-Kunsill Skolastiku

- Skola Sekondarja Bniet Mosta –

fi ħdan il-Kulleġġ Marija Reġina.

“Feelings” Wirja ta’ Pittura minn Elsa Romei

Posted on: February 9th, 2012 by admin No Comments

Bejn il-5 u d-19 ta’ Frar, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone. qed tittella’ wirja ta’ pittura “Feelings”minn Elsa Romei, personalita’  magħrufa magħna l-Maltin u l-Għawdxin, l-aktar fejn jidħol il-palk.

Din il-wirja ġiet inawgurata mis-Sur Philip Borg fejn għamel diskors u aċċenna għal kif originat u żviluppat l-idea ta’ din il-wirja.  L-introduzzjoni saret mis-sur Louis  Vassallo, Vici-President ta’ l-Għaqda Talent Mosti.  Warajh tkellem il-President attwali ta’ l-Għaqda, s-Sur Joe Bartolo.  Il-President ta spunt ta’ kif l-Għaqda Talent Mosti hija benniena ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ kultura, sengha u arti.

Għas-serata attendew mistednin distinti, magħrufa ma’ kulħadd fosthom John Suda, Gorg Peresso, Ninette Micallef, Joe Friggieri, Charles Abela Mizzi, Richard Muscat u ħafna oħrajn.

Grazzi lil kull min ta sehmu biex din il-wirja tkun suċċess.

Wirja ta’ Pittura

Posted on: September 8th, 2011 by admin No Comments

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tippreżenta ‘‘VISION’’, wirja ta’ Pittura minn Joseph Cilia u Veronique Cassar fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-G]asel, il-Mosta bejn l-4 u s-17 ta’ Settembru 2011. Ħinijiet tal-wiri mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm
Dħul bla ħlas