Archive for the ‘News’ Category

Attivitajiet ta’ Talent Mosti matul ix-xahar ta’ Ġunju (‘Talent Mosti’ Activities in June)

Monday, June 7th, 2010

02 Margaret Farrugia

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti organizzat serata nteressati, kulturali u edukattiva fejn Mario Vassallo ntervista lill-Kavallier Stanley Mangion. Fost l-oħrajn ingħata tagħrif dwar l-aħħar publikazzjoni li taħbat il-ħames waħda tiegħu u li hi traduzzjoni mil-Latin tal-erba’ żjajjar pastorali tal-Isqof ta’ Malta Fra Davide Cocco Palmieri fil-Mosta.

L-għada ta’ din l-attivita, infetħet uffiċċjalment wirja artistika ta’ Margaret Farrugia u ser tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar is-Sibt 19 ta’ Ġunju.  Din il-wirja, li hija il-122 waħda li qed tippreżenta l-għaqda tinsab ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, ir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-mistieden speċjali għal din l-okkażjoni kien l-Imħallef Joseph Filletti li nawgura uffiċjalment il-ftuħ ta’ din il-wirja.

Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. sad- 9.00 p.m. Din l-inizjattiva kulturali hi miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa bla ħlas u l-‘parking’ mhux problema.

L-aħħar attivita’ li ser torganizza l-għaqda qabel il-pawża tas-sajf hija quddiesa li se tfakkar ir-raba’ anniversarju mill-mewt ta’ Frans Baldacchino magħruf bħala l-‘Budaj’. Din il-quddiesa li ser tkun ċċelebrata mill-Arċipriet Dun Mario Tong, id-direttur spiritwali tal-Għaqda, ser issir fir-Rotunda tal-Mosta nhar it-Tnejn, 21 ta’ Ġunju, 2010 fis-6.30 p.m. Il-qraba , għannejja u ammiraturi tal-Budaj flimkien mal-membri u l-ħbieb ta’ Talent Mosti huma mħeġġa li jattendu u jiftakru fih fit-talb tagħħom.

L-ewwel attivita’ tal-Għaqda Filantroplika Talent Mosti wara l-pawża tas-sajf ser tkun fil-bidu ta’ Settembru, meta ser jiġi nawgurat uffiċjalment il-bust ta’ Dr Ġorġ Mifsud Chircop kif ukoll serata letterarja bħala omaġġ kumplimentari.

04 Margaret Farrugia

On Friday 4th June, the Philanthropic Society ‘Talent Mosti’ organised an interesting cultural and educational evening where Mario Vassallo interviewed the author Chev. Stanley Mangion. During this activity information was given about the author’s fifth book which has very recently been published. It is a translation from Latin and deals with the four pastoral visits made by the Bishop of Malta Fra Davide Cocco Palmieri to the parish of Mosta.

The following day there was the official opening of the artistic exhibition by Margaret Farrugia. The special guest for this occasion was the Hon. Mr. Justice Joseph Filletti who officially inaugurated the exhibition which is the 122th one organised by ‘Talent Mosti’.

The exhibition is held at the society’s own premises, Centre of National Culture, ir-‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta. It will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m. till Saturday 19th June, 2010. This exhibition is open to the general public. Entrance is free and parking is not a problem.

Before breaking up for the summer, ‘Talent Mosti’ will be organising its last activity which is a Mass to commemorate the 4th anniversary of the death of the folk singer Frans Baldacchino popularly known as ‘Il-Budaj’. This will be celebrated by the Arcpriest Rev. Fr Mario Tong, spiritual director of this society and is being held on Monday 21st June, 2010 at 6.30 p.m. at Mosta Parish Church. Relatives, folk singers and fans are invited to join the members and friends of ‘Talent Mosti’ to attend this Mass and offer their prayers for the repose of his soul.

After the summer break ‘Talent Mosti’ will be organising its first activity at the beginning of September when there will be the official inauguration of the bust of Dr Ġorġ Mifsud Chircop followed by a literary evening in his honour.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of  National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2143

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Wirja ta’ Presepji fil-Qofol tar-Rebbiegħa (Exhibition of Cribs in Mid-Spring)

Sunday, May 9th, 2010

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti u l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex flimkien mas-Sur Lorry Gatt ser jippreżentaw wirja ta’ presepji artistiċi. Din l-inizjattiva oriġinali li tittella’ wirja bħal din fil-qofol tar-rebbiegħa żgur li tinżel għasel kemm mad-dilettanti tal-presepji kif ukoll mal-pubbliku in ġenerali li japprezza dawn ix-xogħlijiet artistiċi u li s-soltu mdorri jgawdihom fl-istaġun tal-Milied.

Inizjattiva oħra ser tkun iż-żjara ta’ grupp ta’ nies Taljani li għandhom għal qalbhom dan id-delizzju u li huma wkoll jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom fl-Italja. Dawn ser ikollhom l-opportunita’ li jammiraw mill-qrib l-arti tal-presepju Malti u Għawdxi.

Din il-wirja ser tittella’ ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, ir-Razzett tal-Markiz Mallia Tabone, Triq Wied il-Ghasel, il-Mosta.  Il-wirja hija miftuħa għall- pubbliku bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 23 ta’ Mejju, 2010 u se tilħaq il-qofol tagħha nhar is-Sibt 22 ta’ Mejju, 2010 meta jiġu jżuruha l-mistiedna barranin.

Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. sad- 9.00 p.m. Din l-inizjattiva kulturali hi miftuħa għal kulħadd. Id-dħul huwa bla hlas u l-‘parking’ m’għandux ikun problema.

The Philantropic Society ‘Talent Mosti’ together with the ‘Għaqda Ħbieb tal-Presepju Ghawdex’ and Mr Lorry Gatt have the pleasure to present an exhibition of artistic cribs. This original initiative to exhibit cribs during the spring season will undoubtedly be well received by enthusiasts of such works as well as by the general public who are used to enjoy and appreciate such works of art during the Christmas festive season.

Another initiative will be the visit of a group of Italians who have this pastime at heart and who regularly exhibit their works in their own country. These guests will have the opportunity to admire closely the beautiful works of Maltese and Gozitan artists.

This exhibition is going to be held at the Centre of National Culture, the Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Wied il-Għasel Street, Mosta. The exhibition will be open to the public between Friday 14th and Sunday 23rd May, 2020. The Italian delegation will be visiting the exhibition on Saturday 22nd May, 2010.

The exhibition will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m. This cultural initiative is open to all. Entrance to the exhibition is free and parking should not be a problem.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of  National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2143

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010 (Holy Week Activities 2010)

Sunday, March 7th, 2010

holy sepulchre

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti għandha l- pjaċir tistieden lill-pubbliku għal serata Mużiko-Letterarja Sagra marbuta mal-kult tal-Ġimgħa Mqaddsa li ser tkun preżentata bl-isem ‘Wiċċ Imb’wiċċ mal-Mulej’ nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu, 2010 fis-7.00 p.m.

Din is-serata ser tiġi mtella’ fl-Iskola Sekondarja Bniet – Kulleġġ Maria Reġina, il-Mosta (biswit ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta). Waqt din is-serata li ser tiġi ppreżentata minn Alexandra Camilleri u Joe Vella  ser jieħdu sehem il-qarrejja magħrufa Ġorġ Peresso, Theresa Gauci, Charles Abela Mizzi u Charles Coleiro, filwaqt li t-talent mużikali se jkun f’idejn il-kantanta żagħżugħa Mostija Maria Lewis li ser tkun akkumpanjata fuq l-ogni mill-Mro. Edwin Zammit u mill-vjolinista Jean-Carl Chircop. Maria Lewis ser tkanta kant klassiku u pop fuq tema sagra.

Din l-attivita ser tkun iddedikata f’gieħ il-memorja għażiża tal-mibkijin iżda żgur qatt minsijin  Mons. Angelo Camilleri li kien Direttur Spiritwali Emeritus tal-Għaqda, is-Sur Charles Vassallo li kien Konslu Onorarju f’San Francisco fl-Istati Uniti tal-Amerika u li kien ukoll President Onorarju ta’ Talent Mosti, u s-Sur Victor Agius, ħabib u benfattur ta’ din l-għaqda li bil-ħeġġa u d-determinazzjoni tiegħu, wasslu biex fl-1998 l-Għaqda  finalment ikollha l-kwartieri uffiċjali tagħha.

Wara din l-attivita’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone li hu Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali se tiġi mnedija uffiċjalment it-12–il edizzjoni tal-‘Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa’ bis-sehem ta’ diversi artisti magħrufa u oħrajn ġodda. Il-mistieden speċjali ser ikun l-E.T. Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP.  Il-wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku nġenerali bejn it-22 ta’ Marzu u l-4 ta’ April, 2010. L-Għaqda tħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu l-arti sabiex jiġi u japprezza din l-esebizzjoni kollettiva ta’ arti sagra ambjentata f’dan il-post qadim li jmur lura sas-seklu 17. Fl-għorfa ta’ fuq wieħed ikun jista’ japprezza, fost ħwejjeġ oħra ta’ nteress, mudell tas-Sepulkru maħdum fuq dak li nsibu fir-Rotunda tal-Mosta.

Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u mill-5.30 p.m. sad- 9.00 p.m., Ħamis ix-Xirka mill- 5.30 p.m. sal-11.00 p.m, Ġimgħa l-Kbira u l-Ħdud mill-10.00 a.m. sa nofsinhar. Id-dħul huwa bla ħlas u l-parking m’għandux ikun problema.

The Philantropic Society ‘Talent Mosti’ has the pleasure to invite the general public to a sacred literary-musical evening entitled ‘Niltaqgħu wiċċ imb’wiċċ mal-Mulej’ (An Encounter with the Lord) which is being held on Sunday,  21st March, 2010 at 7.00 p.m.

This activity is going to be held at the Girls’ Secondary School, Maria Regina College, Mosta, next door to the Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Centre of National Culture, Wied il-Għasel Street, Mosta. The evening is being presented by Alexandra Camilleri and Joe Vella with the participation of the well-known readers Ġorġ Peresso, Theresa Gauci, Charles Abela Mizzi and Charles Coleiro. The musical side will be in the hands of the talented young Mosta singer Maria Lewis who will be accompanied on the piano by Mro. Edwin Vassallo and by the violinist Jean-Carl Chircop. Maria Lewis will be singing classical as well pop songs with a religious theme.

This activity is being dedicated to the sadly missed but never forgotten Mons Angelo Camilleri, Spiritual Director Emeritus of the society for many years, Mr Charles Vassallo, Honorary Consul of San Francisco, United States of America and Honorary President of ‘Talent Mosti’ as well as Mr Victor Agius, a friend and benefactor of this society who worked very hard so that in 1998 ‘Talent Mosti’ finally acquired its official premises.

Following this literary evening ‘Talent Mosti’ will be presenting the 12th edition of the ‘Holy Week Exhibition’ by various well-known as well as new artists. This exhibition is going to be held at the society’s premises ‘Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’ and will be inaugurated by His Excellency The Archbishop Mons. Paul Cremona O.P.

The exhibition will be open to the public between the 22nd March and the 4th of April, 2010. The Razzett which dates back to the 17th century offers an excellent setting for this exhibition of sacred art. Whilst there, one can avail himself of the opportunity to visit the upstairs room where one can admire, amongst other exhibits, a model of the Holy Sepulchre which is a replica of the beautiful one which is taken out during the Good Friday procession in Mosta.

The exhibition will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. and from 5.30 p.m. to 9.00 p.m. but it will also be open on Maundy Thursday from 5.30 p.m. to 11.00 p.m. and on Good Friday from 10.00 a.m. to 12.00 p.m. Entrance to the exhibition is free and parking should not be a problem.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of  National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Wirja ta’ Pittura u Skultura (An Exhibition of Painting and Sculpture)

Friday, February 26th, 2010

DSCF0718

M’hemmx dubju li l-għan tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti li tinkoraġġixxi  u tagħti spazju għat-talent lokali u barrani, talent minn  professjonisti kif ukoll dawk li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom, qed jintlaħaq tajjeb tant li d-domanda minn min jixtieq jagħmel xi wirja jew jorganizza xi attivita fir-Razzett tal-Markiż qed tkun tassew kbira. Bla dubju, dan hu ta’ sudisfazzjon kbir għall-kumitat u l-membri ta’ Talent Mosti.

Din id-darba l-Għaqda Talent Mosti ser tippreżenta wirja ta’ pittura u skultura mill-artist kontemporanju, Frans Muscat.

Frans Muscat twieled il-Mosta u sa minn ċkunitu huwa beda jpinġi dak li kien jara fil-kampanja sabiħa li fiha twieled u għex. Meta huwa skopra t-tafal bħala mezz artistiku huwa beda jesperimenta f’dan il-qasam u beda jaħdem fl-iskultura b’imħabba kbira.

Din il-wirja ser tittella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-1 u t-13 ta’ Marzu, 2010.  Il-ftuħ uffiċjali ta’ din l-esebizzjoni ser isir mill-Eċċ. Tiegħu Dr Edward Fenech Adami, President Emeritus. Il-wirja ser titbierek mid-direttur spiritwali tal-għaqda, l-Arċipriet tal-Mosta Dun Mario Tong.  

Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ser tkun miftuħa wkoll mill-5.30p.m sat-8.30p.m fil-waqt li s-Sibtijiet u l-Ħdud ser tkun miftuħa wkoll mis-6.00p.m sat-8.00p.m.

Il-pubbliku in generali huwa mistieden u mħeġġeġ biex jattendi għal din il-wirja ferm interessanti. Id-dħul huwa bla ħlas.

There is no doubt that the philanthropic society ‘Talent Mosti’ is achieving its aim in encouraging local and foreign talent and in giving a chance to both amateur and professional artists to exhibit their works and to organise activities at its premises. Many artists are sending in their applications and this is indeed very encouraging to the members of the committee who work so hard to promote as well as to organise artistic, religious and social activities.

This time ‘Talent Mosti’ is organising an exhibition of painting and sculpture by the contemporary artist Frans Muscat.

Frans Muscat was born in Mosta and since early childhood he was inspired by the beautiful open countryside where he grew up, painting what he enjoyed seeing. Once he discovered Maltese clay he was fascinated by this medium and started developing the art of sculpture.  

The exhibition by Frans Muscat is being held at the society’s own premises, the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta between the 1st and the 13th of March, 2010. This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30 p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays.

The opening ceremony will be hosted by Dr. Edward Fenech Adami, President Emeritus whilst the exhibition will be blessed by the society’s spiritual director, Fr Mario Tong, Archpriest of Mosta.

‘Talent Mosti’ encourages everyone to come and view this interesting exhibition. Entrance is free and parking space should not be a problem.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of  National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Wirja ta’ Arti u Armi tal-Kunjomijiet (An Exhibition of Art and Family Coat of Arms)

Sunday, January 31st, 2010

 

bartolo_new[1]bugeja_new[1]

vassallo_new2[1]

frendo_new[1]

 

Bil-għan li tkompli tinkoraġġixxi t-talent Malti, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed tippreżenta wirja ta’ arti u armi tal-kunjomijiet minn Preca u Grixti.

Din il-wirja ser tittella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn is-6 u l-14 ta’ Frar, 2010. Il-ħinijiet tal-wirja huma kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ser tkun miftuħa wkoll mill-5.30p.m sat-8.30p.m fil-waqt li s-Sibtijiet u l-Ħdud tkun miftħa wkoll mis-6.00p.m sat-8.00p.m.

Fl-isfond tal-wirja, Dr Joe Mifsud, awtur tal-ktieb ‘Betlehem fil-qtiegħ il-qalb it-tama’, ser ikun il-mistieden għal taħdita fis-sensiela “Niltaqgħu mal-Awtur” li ser issir nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010 fis-7.00 p.m.

Dr. Joe Mifsud ser ikun intervistat minn Mario Vassallo. L-għan ta’ din l-attivita’ hu li aktar persuni jsiru jafu dwar din il-Belt Qaddisa fi vjaġġ reliġjuż, politiku u soċjali li l-awtur jeħodna fih. L-awtur, li hu konvint minn ħażna ta’ valuri umani u Kristjani, ma jistax ma jkollux għal qalbu l-futur tal-Lhud u l-Palestinjani.

Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal dawn l-attivitajiet. Id-dħul huwa bla ħlas.

The ‘Talent Mosti’ Philantropic Society is organising an exhibition of art and family coat of arms at its premises in the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta.

This interesting exhibition by Preca and Grixti is being held between the 6th and the 14th of February, 2010. This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30 p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays.  

On Friday, 12th February, 2010 the Society will be holding an evening whereby Mr. Mario Vassallo will be interviewing Dr. Joe Mifsud, author of the book ‘Betlehem, fil-qtiegħ il-qalb it-Tama’ (Betlehem, a ray of hope in times of despair). This interview, which will start at 7.00 p.m., is one in the series ‘Niltaqgħu mal-Awtur’ (Meeting the Author) which the society organises from time to time. It is hoped that through this interview one can get an insight into the Holy Land’s religious, political and social status and appreciate the author’s genuine concern for the future of Israel and Palestine.

‘Talent Mosti’ encourages everyone to attend these activities. Entrance is free.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Wirja ta’ Mudelli u Minjaturi (An Exhibition of Models and Miniatures)

Monday, January 18th, 2010

DSCF0712DSCF0707  DSCF0717

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed torganizza wirja mill-isbaħ li tikkonsisti f’diversi mudelli u minjaturi ta’ karozzi u vetturi militari, ajruplani u bastimenti tal-gwerra kif ukoll xogħol bl-arkett fost passatempi oħra. Din hija t-tieni wirja ta’ din ix-xorta li ttelgħet fuq inizjattiva tas-Sur David Zammit li hu l-koordinatur ta’ din l-esebizjoni u membru tal-kumitat ‘Talent Mosti’.  Ix-xogħol li hemm esebit huwa tassew professjonali magħmul minn nies li jieħdu l-hobby tagħhom b’serjeta kbira.

Din il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-ftuħ uffiċċjali ta’ din il-wirja sar mill- Onor. Dr. Joseph Muscat nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar, 2010. Is-serata ġiet ippreżentata mill-Viċi President Louis Vassallo.

Matul is-serata, il-President tal-għaqda, is-Sur Joe Bartolo,  radd ħajr lil kull min għin sabiex s-sena 2009 kienet sena li fiha l-għaqda tat kontribut kbir lix-xena artistika, kulturali u soċjali f’Malta. Huwa ftakar fil-membri li ħallew lil din l-art matul s-sena li għaddiet u fl-aħħarnett ippreżenta cheque ta’ €500 lir-rappreżentant ta’ ‘Puttinu Cares’, it-Tabib Victor Calvagna.

Maria Lewis, li hija l-PRO tal-Għaqda Talent Mosti, tat xi tagħrif dwar David Zammit, il-ko-ordinatur ta’ din l-attivita. Hija tkellmet dwar l-inizjattivi li huwa ħa fil-passat fosthom l-orgnizzazzjoni ta’ ġbir ta’ demm f’diversi lokalitajiet. Wara kelmtejn mill-Onor Dr Muscat li faħħar l-inizzjattivi kontinwi tal-għaqda u l-qalb ġeneruża tal-Mostin u fuq kollox tal-Maltin, il-wirja ġiet imbierka mir- Rev. Dun Mario Tong, id-direttur spiritwali tal-istess għaqda.

Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Jannar, 2010, kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. fil-waqt li ser tkun miftuħa wkoll mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5.30p.m sat-8.30p.m u s-Sibtijiet u l-Ħdud mis-6.00p.m sat-8.00p.m.

Ma’ din il-wirja hemm marbut skop filantropiku  b’risq il-proxxmu fil-bżonn u kull donazzjoni li se tingħata se tmur proprju għal dan il-għan. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal din l-attivita. Id-dħul huwa bla ħlas.

The Mosta Philantropic Society ‘Talent Mosti’ has organised a most interesting exhibition which includes, amongst other works, models and miniatures of cars and military vehicles, aeroplanes and warships. This is the second time that Mr David Zammit has taken the initiative to organise this exhibition in collaboration with ‘Talent Mosti’ where David is an active member of the committee. The high standard of the works puts the exhibitors on a high standard of professionalism and there is no doubt that they take their hobbies seriously and do their work meticulously.

‘Talent Mosti’ is very pleased to invite the general public to view this exhibition which is being held at its premises at the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta. This exhibition was officially opened by the Hon. Dr. Joseph Muscat, leader of the Labour Party on Friday l5th January, 2010 and was presented by the vice-president of the Society, Mr Louis Vassallo.

 During the inaugural evening Mr Joe Bartolo, President of ‘Talent Mosti’, thanked all those who contributed towards making 2009 such a huge success in its endeavour to stimulate the artistic, social and cultural heritage of the island. After giving a moment’s pause to remember the departed members, he then presented a cheque of €500 to Dr. Victor Calvagna, representative of ‘Puttinu Cares’.

Maria Lewis, PRO of ‘Talent Mosti’ gave a short biography of David Zammit’s history of his involvement in voluntary work especially his constant organisation of collecting blood donations which he believes to be such a noble act of charity. After Dr Muscat’s speech in which he praised the generosity of the Mosta people and of the Maltese population in general, the exhibition was blessed by Fr. Mario Tong who is the spiritual director of ‘Talent Mosti’.

This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays. It will remain open till the 30th of January, 2010.

Any donations will go for a good cause. ‘Talent Mosti’ encourages everyone to come and view this unique exhibition. Entrance is free.

Maria Lewis

PRO

Philantropic Society ‘Talent Mosti’

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Centre of National Culture

Wied il-Għasel Street,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

AVVIŻ (NOTICE)

Sunday, January 3rd, 2010

Arma 'Għaqda Filatropika Talent Mosti' 

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed tilqa’ l-bookings għall-wirjiet għas-snin 2011 u 2012.

Kull min huwa nteressat għandu jċempel fuq 21420632 jew 79268221 bejn is-6.00pm u t-8.30pm. jew jiġi personalment r-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta f’dawn l-istess ħinijiet.

Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq talent@maltanet.net.

The Philathropic Society ‘Talent Mosti’ is now accepting bookings for exhibitions for the years 2011 and 2012.

Anyone interested may call on 21420632 or 79268221 between 6.00pm and 8.30pm or visit the premises ‘Razzett Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta during this same time.

One may also send an email on talent@maltanet.net.

Maria Lewis

PRO

Għaqda Filantropika Talent Mosti

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Għoti ta’ demm (Blood Donation)

Wednesday, November 18th, 2009

poster

Fuq inizjattiva tas-Sur David Zammit u tal-Għaqda Filantropika Talent Mosti ser tiġi organizzata attivita ta’ għoti ta’ demm fiċ-ċentru ta’ kultura nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta.

Din hija it-tielet sena konsekuttiva li qed issir din l-attivita li ser tkun mifruxa fuq jumejn. L-għoti ta’ demm  ser isir bejn il-Ħamis it-3 ta’ Diċembru u l-Ġimgħa l-4 ta’ Diċembru, 2009 mit-8.30 a.m. sas- 1.30 p.m.

L-Għaqda Talent Mosti u s-Sur Zammit qegħdin jitolbu l-appoġġ tal-pubbliku nġenerali sabiex jiġu salvati il-ħajjiet tal-pazjenti fl-isptarijiet ta’ pajjizna. Kull min ser ikun ġeneruż u jagħmel parti minn dan l-att ta’ filantropija għandu jieħu miegħu l-karta tal-identita’. Is-slogan ta’ din l-attivita’ hija ‘Agħti d-demm, Agħti l-ħajja’.

Tassew li dan il-kontribut ikun l-aqwa rigal li wieħed jista’ jagħti lill-proxxmu tiegħu speċjalment fiż-żmien għażiż tal-Milied.

Mr. David Zammit together with the philantropic society ‘Talent Mosti’ are organising an activity whereby the general public is invited to donate blood which is so badly needed in order to save the life of so many patients in our hospitals.

The two-day activity is being held at the society’s own premises, The Centre for National Culture, ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Wied il-Għasel Street, Mosta, between Thursday 3rd December and Friday 4th December, 2009  between 8.30 a.m. and 1.30 p.m.

Under the slogan ‘Give Blood. Give Life’, the Talent Mosti Society as well as Mr. Zammit appeal to the people to be generous especially at this time of year.  All those who will be donating their blood are requested to take their Identity Card with them. May God bless these generous souls.

What better gift to give this Christmas than to give your own blood to save another person?

Maria Lewis

PRO

 Għaqda Filantropika Talent Mosti

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Quddiesa (Mass)

Saturday, November 7th, 2009

Mosta Rotunda

L-Għaqda ‘Talent Mosti’ se tiftakar fil-membri u l-benefatturi mejtin tagħha permezz ta’ quddiesa li l-Arċipriet Dun Mario Tong ser iqaddes għall-bżonnijiet ta’ ruħhom fir-Rotunda tal-Mosta nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru, 2009 fis-6.30 p.m.

Il-membri u l-ħbieb tal-għaqda huma mħeġġa li jattendu u jiftakru fihom fit-talb tagħhom.

On Saturday, 28th November, 2009,  the ‘Għaqda Filantropika Talent  Mosti’ will be holding a mass for the repose of the departed members and benefactors of this society. Mass will take place at the Rotunda church at 6.30 p.m. and will be celebrated by Rev. Fr. Mario Tong.

All the members and their friends are urged to attend and keep them in their prayers .

Maria Lewis

PRO

Għaqda Filantropika Talent Mosti

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net

Wirja ta’ pittura (Art Exhibition)

Saturday, November 7th, 2009

Joseph Muscat (painter)

Attivita li ser torganizza l-Għaqda Filantropika Talent Mosti ser tkun il-wirja kollettiva ta’ pittura minn Joseph Muscat u Leslie Agius. Dawn iż-żewġ artisti għandhom ħafna affarijiet komuni.

It-tnejn Mostin, studjaw l-arti u attendew l-Universita’ ta’ Malta flimkien (1964 – 68), kienu għalliema u saru kapijiet tal-iskola, għallmu l-Universita’ u għandhom kollezzjoni privata tal-arti.

Din il-wirja ser tittella’ bejn il-15 u l-28 ta’ Novembru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, Mosta.

Il-ħinijiet tal-wiri huma kuljum bejn is-6.00 p.m. u 9.00 p.m u l-Ħdud bejn l-10.00 a.m. u 12.00 p.m. u bejn 6.00 p.m. u 9.00 p.m.  

Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal din l-attivita kulturali, artistika u soċjali. Id-dħul huwa bla ħlas.

Il-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja ser isir nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru 2009 fis-7.30 p.m.

Leslie Agius (artist)

An event organised by the ‘Għaqda Filantropika Talent Mosti’ will be a collective exhibition of paintings by Joseph Muscat and Leslie Agius.

The two artists have many things in common. They were both born in Mosta and lived in the old core. They studied art, attended the University of Malta together (1964 – 68), were teachers, became heads of school, part-time lecturers at the University and both own a small private art collection.

This exhibition will be held between the 15th and the 28th of  November, 2009 at the society’s prestigious centre ‘Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta.  

The exhibition will be open daily from 6.00 p.m. to 9.00 p.m. and on Sunday from 10.00 a.m. to 12.00 am and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m.

The general public is invited to attend this cultural, artistic and social activity.  Entrance is free.

The official opening of this exhibition will take place on Saturday, 14th of November, 2009 at 7.30pm.

 Maria Lewis

PRO

Għaqda Filantropika Talent Mosti

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,

Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Triq Wied il-Għasel,

Mosta MST 2142

Tel: 21 420632

w www.talentmosti.org

e talent@maltanet.net