Bejn il-5 u d-19 ta’ Frar, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone. qed tittella’ wirja ta’ pittura “Feelings”minn Elsa Romei, personalita’ magħrufa magħna l-Maltin u l-Għawdxin, l-aktar fejn jidħol il-palk.
Din il-wirja ġiet inawgurata mis-Sur Philip Borg fejn għamel diskors u aċċenna għal kif originat u żviluppat l-idea ta’ din il-wirja. L-introduzzjoni saret mis-sur Louis Vassallo, Vici-President ta’ l-Għaqda Talent Mosti. Warajh tkellem il-President attwali ta’ l-Għaqda, s-Sur Joe Bartolo. Il-President ta spunt ta’ kif l-Għaqda Talent Mosti hija benniena ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ kultura, sengha u arti.
Għas-serata attendew mistednin distinti, magħrufa ma’ kulħadd fosthom John Suda, Gorg Peresso, Ninette Micallef, Joe Friggieri, Charles Abela Mizzi, Richard Muscat u ħafna oħrajn.
Grazzi lil kull min ta sehmu biex din il-wirja tkun suċċess.







