L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed torganizza wirja mill-isbaħ li tikkonsisti f’diversi mudelli u minjaturi ta’ karozzi u vetturi militari, ajruplani u bastimenti tal-gwerra kif ukoll xogħol bl-arkett fost passatempi oħra. Din hija t-tieni wirja ta’ din ix-xorta li ttelgħet fuq inizjattiva tas-Sur David Zammit li hu l-koordinatur ta’ din l-esebizjoni u membru tal-kumitat ‘Talent Mosti’. Ix-xogħol li hemm esebit huwa tassew professjonali magħmul minn nies li jieħdu l-hobby tagħhom b’serjeta kbira.
Din il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Il-ftuħ uffiċċjali ta’ din il-wirja sar mill- Onor. Dr. Joseph Muscat nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar, 2010. Is-serata ġiet ippreżentata mill-Viċi President Louis Vassallo.
Matul is-serata, il-President tal-għaqda, is-Sur Joe Bartolo, radd ħajr lil kull min għin sabiex s-sena 2009 kienet sena li fiha l-għaqda tat kontribut kbir lix-xena artistika, kulturali u soċjali f’Malta. Huwa ftakar fil-membri li ħallew lil din l-art matul s-sena li għaddiet u fl-aħħarnett ippreżenta cheque ta’ €500 lir-rappreżentant ta’ ‘Puttinu Cares’, it-Tabib Victor Calvagna.
Maria Lewis, li hija l-PRO tal-Għaqda Talent Mosti, tat xi tagħrif dwar David Zammit, il-ko-ordinatur ta’ din l-attivita. Hija tkellmet dwar l-inizjattivi li huwa ħa fil-passat fosthom l-orgnizzazzjoni ta’ ġbir ta’ demm f’diversi lokalitajiet. Wara kelmtejn mill-Onor Dr Muscat li faħħar l-inizzjattivi kontinwi tal-għaqda u l-qalb ġeneruża tal-Mostin u fuq kollox tal-Maltin, il-wirja ġiet imbierka mir- Rev. Dun Mario Tong, id-direttur spiritwali tal-istess għaqda.
Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Jannar, 2010, kuljum bejn l-10.00a.m. u l-12.00p.m. fil-waqt li ser tkun miftuħa wkoll mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5.30p.m sat-8.30p.m u s-Sibtijiet u l-Ħdud mis-6.00p.m sat-8.00p.m.
Ma’ din il-wirja hemm marbut skop filantropiku b’risq il-proxxmu fil-bżonn u kull donazzjoni li se tingħata se tmur proprju għal dan il-għan. Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal din l-attivita. Id-dħul huwa bla ħlas.
The Mosta Philantropic Society ‘Talent Mosti’ has organised a most interesting exhibition which includes, amongst other works, models and miniatures of cars and military vehicles, aeroplanes and warships. This is the second time that Mr David Zammit has taken the initiative to organise this exhibition in collaboration with ‘Talent Mosti’ where David is an active member of the committee. The high standard of the works puts the exhibitors on a high standard of professionalism and there is no doubt that they take their hobbies seriously and do their work meticulously.
‘Talent Mosti’ is very pleased to invite the general public to view this exhibition which is being held at its premises at the ‘Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta. This exhibition was officially opened by the Hon. Dr. Joseph Muscat, leader of the Labour Party on Friday l5th January, 2010 and was presented by the vice-president of the Society, Mr Louis Vassallo.
During the inaugural evening Mr Joe Bartolo, President of ‘Talent Mosti’, thanked all those who contributed towards making 2009 such a huge success in its endeavour to stimulate the artistic, social and cultural heritage of the island. After giving a moment’s pause to remember the departed members, he then presented a cheque of €500 to Dr. Victor Calvagna, representative of ‘Puttinu Cares’.
Maria Lewis, PRO of ‘Talent Mosti’ gave a short biography of David Zammit’s history of his involvement in voluntary work especially his constant organisation of collecting blood donations which he believes to be such a noble act of charity. After Dr Muscat’s speech in which he praised the generosity of the Mosta people and of the Maltese population in general, the exhibition was blessed by Fr. Mario Tong who is the spiritual director of ‘Talent Mosti’.
This exhibition will be open on a daily basis between 10.00 a.m. and 12.00 p.m. but it will also be open from 5.30p.m. to 8.30 p.m. from Mondays to Fridays and from 6.00 p.m. to 8.00 p.m. on Saturdays and Sundays. It will remain open till the 30th of January, 2010.
Any donations will go for a good cause. ‘Talent Mosti’ encourages everyone to come and view this unique exhibition. Entrance is free.
Maria Lewis
PRO
Philantropic Society ‘Talent Mosti’
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Centre of National Culture
Wied il-Għasel Street,
Mosta MST 2142
Tel: 21 420632





