Bħal kull sena, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek iżżur il-wirja tradizzjonali tal-Milied li ser issir fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta, bejn it-12 ta’ Diċembru, 2009 u t-2 ta’ Jannar, 2010. Il-ħinijiet tal-wiri huma kuljum bejn l-10.00 a.m. u 12.00 p.m. u bejn 6.00 p.m. u 9.00 p.m.
Din l-esebizzjoni hija prova ċara ta’ kemm għad hawn nies imħeġġa mid-drawwa sabiħa li jintrama l-presepju bil-għan li jibqa’ jinxtered il-ferħ li ġġib magħha il-miġja ta’ Ġesu’ Bambin fostna. Numru sabiħ minn dawn il-presepji esebiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor.
Se jkunu esebiti wkoll statwetti, kwadri, skultura, ritratti u artiġjanat li jesprimu b’mod artistiku t-Twelid tal-Feddej. Din il-wirja ser tinkludi wkoll għadd ta’ bambini ħelwin.
Il-pubbliku se jkollu l-opportunita’ jammira l-ġmiel tar-razzett tal-Markiż li ġie mżejjen u mdawwal b’mod ferm attrajenti. Fil-bitħa nofsana ġie armat presepju mdaqqas biex ikattar l-ispirtu qaddis u jżid mal-atmosfera festiva.
Kulħadd huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi għal din l-attivita kulturali, artistika u soċjali. Id-dħul huwa bla ħlas. Mid-donazzjonijiet li jinġabru mill-pubbliku ġeneruż matul din il-wirja, l-Għaqda se toffri għotja sabiħa b’risq il-proxxmu fil-bżonn.
The Philantropic Society ‘Talent Mosti’ cordially invites the general public to the Cribs Exhibition which, as in previous years, is being held at the society’s prestigious centre ‘Ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone’, Wied il-Għasel Street, Mosta. The exhibition is being held between the 12th of December, 2009 and the 2nd of January, 2010. The premises will be open daily from 10.00 a.m. to 12.00 am and from 6.00 p.m. to 9.00 p.m.
This beautiful exhibition shows that the tradition of crib making is still very much alive and that these enthusiasts yearn to show that the Coming of Jesus brings joy to all the people of the world especially to those who believe in the Lord. This exhibition includes a number of cribs which are taking part in the competition organised by The National Folklore Commission.
As well as the cribs there are also statuettes, paintings, sculptures, photographs and craft related to the Nativity of Christ. There is also a good number of Baby Jesus in different sizes and format..
Whilst visiting this interesting exhibition one can take time to admire the beauty of the original farmhouse which has been decorated by festoons and coloured lights. In the central courtyard there is a sizable crib which will enhance the holy and cheerful atmosphere of the place.
The general public is invited to attend this cultural, artistic and social activity. Entrance is free. From the money contributed freely by the public during this exhibition, the Society will be making a generous donation towards people in need.
Maria Lewis
PRO
Philantropic Society ‘Talent Mosti’
Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,
Centre of National Culture
Wied il-Għasel Street,
Mosta MST 2142
Tel: 21 420632



