Wirja Artistika minn Darren Spiteri

Posted on: February 21, 2012

 

Il Wirja Artistika ta’ Darren Spiteri ġiet inawgurata nhar is-Sibt 25 ta’ Frar 2012 fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, il-Mosta.

Is-serata kellha introduzzjoni ta’ Louis Vassallo segwit minn diskors qasir mill-President ta’ l-Għaqda Joe Bartolo.  Darren Spiteri għamel ir-ringrazzjamenti tiegħu u stieden lis-sur Twanny Darmanin,  l-President ta’ l-Art Club 2000, biex jagħmel id-diskors tiegħu.

Is Sur Darmanin tkellem dwar Darren Spiteri, raġel tal-familja, mastrudaxxa u artist.  L-Arti ta’ Darren nibtet fih sa minn ċkunitu u llum tisvolġi f’media differenti biex tippresenta deversi suġġetti kemm ta’ Wirt storiku kif ukoll dehriet ta’ rħula Maltin. Tista’ tiddeskrivi l-Arti ta’ Darren bħala taħlita ta’ arti figurattiva ppresentata b’mod mill-aktar artistiku.

 

Il-Wirja ġiet inawgurata mis-Sur Twanny Darmanin u l-mistednin setgħu japprezzaw esebizzjoni ta’ bicciet tal-arti mill-aqwa.  Hawn qed nuru wħud mix-xogħlijiet mirquma ta’ Darren Spiteri. Nistdnukom taslu wasla sar Razzett Mallia Tabone, il-Mosta bejn il-25 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu.

 

Muntaġġ: Rita Demicoli

Fotografija: Denise Demicoli

 

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI

bi pjaċir tippreżenta

INSPIRATIONS

Wirja Artistika

minn

Darren Spiteri

Fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali

Razzett tal-Markiż Mallia Tabone

Triq Wied il-Għasel, il-Mosta

 

Bejn is-26 ta’ Frar u l-11 ta’ Marzu 2012

 

Ħinijiet tal-wiri

Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm

Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar

u bejn is-6.00pm u d-9.00pm

 

Dħul bla ħlas

Għal aktar tagħrif sibuna fuq

www.talentmosti.org

 

Flimkien inkomplu naħdmu b’risq

il-ġid u l-ferħ tal-proxxmu


Din l-attivita’ qed tittella’ bil-kolloberazzjoni

Tal-Kap u l-Kunsill Skolastiku,

Sekondarja Bniet Mosta,

Fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina.