L-Ghaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek iżżur IL-WIRJA TRADIZZJONALI TAL-MILIED fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-11 ta’ Diċembru 2011 u t-2 ta’ Jannar 2012. Il-ħinijiet tal-wiri: Kuljum mill-5.00pm sad-9.00pm. Ħdud u Festi mid-9.30am sa nofsinhar u mill-5.00pm sad-9.00pm. Din l-esebizzjoni għandha turi s-sbuħija u l-mottiv tal-presepju u kif din id-drawwa għadha ssib lil min iħeġġiġha ħalli l-ferħ li jġib miegħu Ġesu’ Bambin jibqa’ħaj fostna issa, u fil-ġejjieni. Numru sabiħ minn dawn il-presepji esebiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor. Kulħadd huwa mistieden. Dħul bla ħlas u parking mhux problema.
Dettall tal-pittura, Nativita – Antonio Allegri da Correggio, c. 1529-1530
Tags: Dicembru, Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor, Milied, Presepji