Il-Wirja tradizzjonali tal-Milied

Posted on: December 5, 2011

 

L-Ghaqda Filantropika Talent Mosti bi pjaċir tistiednek iżżur IL-WIRJA TRADIZZJONALI TAL-MILIED fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fi Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-11 ta’ Diċembru 2011 u t-2 ta’ Jannar 2012. Il-ħinijiet tal-wiri: Kuljum mill-5.00pm sad-9.00pm. Ħdud u Festi mid-9.30am sa nofsinhar u mill-5.00pm sad-9.00pm. Din l-esebizzjoni għandha turi s-sbuħija u l-mottiv tal-presepju u kif din id-drawwa għadha ssib lil min iħeġġiġha ħalli l-ferħ li jġib miegħu Ġesu’ Bambin jibqa’ħaj fostna issa, u fil-ġejjieni. Numru sabiħ minn dawn il-presepji esebiti qegħdin jieħdu sehem fil-kompetizzjoni mnedija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor. Kulħadd huwa mistieden. Dħul bla ħlas u parking mhux problema.

Dettall tal-pittura, Nativita – Antonio Allegri da Correggio, c. 1529-1530

Taħdita tal-films

Posted on: November 2, 2011

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI tistieden lill-pubbliku għal taħdita divertenti fuq IĊ-ĊINEMAfejn tlett esperti fuq dan is-suġġett Mario Azzopardi, Tony Muscat u Carmelo Bonnici se jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom mal-udjenza dwar il-faxxinu u l-industrija tal-films nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2011 fis-7.00pm fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonaliir-Razzett tal-Markiż Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Din l-attivita’ hi miftuħa għal kulħadd

Wirja ta’ pittura mill-artist Gordon Borg

Posted on: October 19, 2011

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tippreżenta Cubism: Variations in the Human Figure Wirja ta’ Pittura minn GORDON BORG fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Razzett tal-Markiż Mallia Tabone Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-15 u d-29 ta’ Ottubru 2011. Ħinijiet tal-wiri huma mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm. Dħul bla ħlas u parking mhux problema.

Wirja: Gjan-Arti – Induratura u Arkett.

Posted on: September 28, 2011

L-Ghaqda Filantropika Talent Mosti bi pjacir qeghda tipprezenta “Gjan-Arti – Induratura u Arkett”, wirja ta’ Martin Spiteri u Patrick Muscat, fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Ghasel, il-Mosta.

F’ din il-wirja ser jintwera kif l-arti, id-disinn u s-sengha jithalltu flimkien sabiex joffru esebiti fuq stil tradizzjonali, modern u originali. Dawn l-esebiti, barra ipaxxu ghajnejn mill-lat ta’ arti, huma oggetti maghmula bl-idejn, minghajr l-uzu t’ghoda moderna, fejn ftit  mill-materja prima huma t-talent u l-pacenzja.

Martin Spiteri, Induratur u ghalliem ta’ l-induratura, qed ittela’ xoghol ta’ diversi forom, fejn is-snajja’ ta’ mastrudaxxa u skultura jigu arrikkiti bl-induratura. L-esebiti huma indurati b’ diversi stili u teknika t’ induratura. Fl-okkazzjonijiet ohra, l-induratura tikkomplimenta  u televa xoghol iehor ta’ l-arti u artigjanat iehor, bhal pittura u ganutell.

Patrick Muscat,’ Accountant’ bhala professjoni, li rnexxielu jisraq ftit mill-hiliet ta’ missieru, qed jipprezenta xoghol ta’ l-arkett kollu fuq disinnoriginali u mahdum bl-idejn. B’ dan ix-xoghol,  l-uzu ta’ l-arkett jinghata dimensjoni ohra b’ disinn, kuluri, forom, injam u metal. Hu jesprora stili u teknika differenti,  fejn barra l-arkett tradizjoni, juza l-arkett ghall-interzjar u xoghol fil-metal.

Din il-wirja ser tkun miftuha bejn l-25 ta’ Settembru u s-7 t’ Ottubru 2011.

Ghal izjed informazzjoni, zur il-pagna tal-Facebook, Gjan-Arti – Induratura u Arkett

Ħinijiet tal-wiri:

  • · mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm
  • · Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm

Dħul bla ħlas.

 

Wirja ta’ Pittura

Posted on: September 8, 2011

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tippreżenta ‘‘VISION’’, wirja ta’ Pittura minn Joseph Cilia u Veronique Cassar fiċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-G]asel, il-Mosta bejn l-4 u s-17 ta’ Settembru 2011. Ħinijiet tal-wiri mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad-9.00pm Ħdud: mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm
Dħul bla ħlas

Esibizzjoni ta’ Fotografija minn Reuben Chircop

Posted on: June 27, 2011

L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tistieden lill-pubbliku ghall-wirja ta’ fotografija bl-isem ta’ My World, mill-fotografu żagħżugħ Reuben Chircop li ser tittella’ ġewwa ir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone. My World hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet li jirrakuntaw lil Chircop fid-diversi żminijiet tal-ħajja, sewwa dawk tajbin kif ukoll dawk ħżiena u mumenti oħra ta’ tensjoni jew ta’ rilassament. L-iskop ewlieni ta’ din il-wirja tnissel minn mistoqsija li saret lill-fotografu xi żmien ilu, “Għalfejn thobb tieħu ir-ritratti?”. Il-ġibda u l-passjoni ta’ Reuben Chircop għall-arti fotografika hija riflessa f’din il-wirja.

My World ser tkun miftuħa mill-Ħadd 3 ta’ Lulju sas-Sibt 16 ta’ Lulju ġewwa ċ-Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, Razzett tal-Markiż Mallia Tabone,Triq Wied il-Għasel, il-Mosta. Ħinijiet tal-wiri huma Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sad 9.00pm u l-Ħdud: mill-10.00am sa nofinhar u bejn is-6.00pm u d-9.00pm. Dħul bla ħlas u parking mhux problema.

www.rchircop.com

(more…)